early-years.gov.mt

Ideat prattiċi għall-ġenituri ta' trabi tat-twelid

Ħares lejja

Biex issir taf dejjem aktar it-tarbija tiegħek, ħares sew lejha b’interess.  B’hekk issir aktar konxja ta’ dak li t-tarbija tkun qed tipprova tikkomunika  u l-mod kif tikkomunika magħha jgħin lit-tarbija tagħmel sens mid-dinja ta’ madwarha.  Meta t-tarbija tagħmel xi ħsejjes b’ħalqha, tgħid xi kelma jew tkanta,  ħares lejn l-espressjonijiet li tagħmel b’wiċċha, innota l-mossi tagħha hi u tuża’ idejha, saqajha jew ġisimha kollu biex tesprimi ruħha.

Dan hu eżempju ta’ interazzjoni ħelwa bejn l-omm u t-tarbija. L-omm qed tirrepeti dak li tesprimi t-tarbija u min-naħa tagħha, it-tarbija tkompli tikkomunika u tgawdi l-interazzjoni feliċi.

 
Rumble Viral

Ismagħni

Hekk kif tarbija titwieled, isma’ u ipprova ifhem kull ħoss li tagħmel.  Il-ġenituri u oħrajn li jkunu preżenti fil-ħajja tat-tarbija jitgħallmu jiddistingwu l-ħsejjes differenti tal-biki – jekk it-tarbija għandhiex bżonn tixrob, ħarqa nadifa jew torqod.  B’mod istintiv il-ġenituri ikunu jafu jekk it-tarbija tkunx skomda jew muġugħa.
 
Minn Janellevideo

L-abbandun

Din l-edizzjoni tas-serje InBrief tispjega l-ħsara li ssir meta tarbija tkun abbandunata fl-aktar snin bikrin tal-ħajja u għaliex interventi effettivi iħallu effetti u fit-tul fit-tagħlim, is-saħħa u t-trobbija tat-tfal.
 
Minn InBrief

Serve and Return

L-ewwel erba’ snin tal-ħajja ta’ tarbija huma kruċjali għall-iżvilupp ta’ moħħha. Matul dawn is-snin fil-moħħ isir l-akbar żvilupp fl-oqsma tas-smigħ, il-viżjoni, il-lingwa u l-komunikazzjoni. Il – ġenituri jridu jkunu konxji li l-interazzjoni mat-tarbija hija waħda mill-iktar affarijiet importanti li jistgħu jagħmlu magħha.
 
Minn UMN – CEHD
The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.