early-years.gov.mt

Ideat prattiċi għall-ġenituri ta' tfal żgħar

Ilgħab miegħi!

Meta titkellem jew tilgħab mat-tfal titgħallem dwar l-iżvilupp, il-bżonnijiet u l-interessi tagħhom. 
 
Minn Howcast

L-abbandun

Din l-edizzjoni tas-serje InBrief tispjega l-ħsara li ssir meta tarbija tkun abbandunata fl-aktar snin bikrin tal-ħajja u għaliex interventi effettivi iħallu effetti u fit-tul fit-tagħlim, is-saħħa, u t-trobbija tat-tfal.

Minn InBrief

Kemm jitgħallmu t-trabi!

It-tagħlim fl-ewwel tliet snin huwa importanti ħafna għax f’dan iż-żmien it-tfal jakkwistaw ħiliet li jservu bħala l-pedament għas-suċċess fl-iskola u fil-ħajja.  

Minn ECA Learning Hub

 

L-importanza tal-logħob

Ir-riċerka turi li l-logħob għandu rwol essenzjali fit-tagħlim tat-tfal. Fl-e-clip #4, Dr. Jeffrey Trawick-Smith jiddiskuti l-importanza tal-logħob u jagħti parir lill-professjonisti tas-snin bikrin biex iħarsu lejn diversi elementi tal-logħob tat-tfal, inkluż l-immaġinazzjoni waqt il-logħob, l-interazzjoni soċjali  u l-komplessita’ tal-logħob. 

 

Minn EarlyChildhoodVideos

Waqt il-logħob, it-tfal jitgħallmu

Permezz tal-logħob, it-tfal ikollhom l-opportunita’ li jużaw l-immaġinazzjoni tagħhom u jesploraw il-madwar. Iżda, il-logħob jgħin ukoll biex itejjeb il-konċentrazzjoni, l-attenzjoni, il-kreattivita’ u l-iżvilupp konjittiv ġenerali tat-tfal. Il-filmat ta ’hawn fuq joffri eżempji mill-ħajja ta’ kuljum li mhux biss huma divertenti, iżda wkoll jinkoraġġixxu żvilupp b’ saħħtu.

Minn Penfield Children

L-importanza tal-logħob

Il-professor Karen Hutchison titkellem dwar l-importanza tal-logħob għat-tfal.

Rowan University

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.