early-years.gov.mt

Filmati għall-Edukaturi

Ħares lejja

Meta tosserva tarbija, issir tafha aħjar u tibda tifhem xi tkun trid tgħid. Il-komunikazzjoni tgħin lit-tarbija tifhem id-dinja ta’ madwarha.

Dan il-filmat juri eżempji ta’ omm tikkomunika mat-tarbija tagħha filwaqt li t-tarbija tkompli magħha.

 
Minn Rumble Viral

Ismagħni

Hekk kif tarbija titwieled, isma’ u ipprova ifhem kull ħoss li tagħmel.  Il-ġenituri u oħrajn li jkunu preżenti fil-ħajja tat-tarbija jitgħallmu jiddistingwu l-ħsejjes differenti tal-biki – jekk it-tarbija għandhiex bżonn tixrob, ħarqa nadifa jew torqod.  B’mod istintiv il-ġenituri ikunu jafu jekk it-tarbija tkunx skomda jew muġugħa.

 

Minn Janellevideo

 

Ilgħab miegħi

Meta tilgħab mat-tfal u tkellimhom, issir taf x’inhuma l-interessi u l-bżonnijiet taghhom. 
 
 
Minn Howcast

L-abbandun

Din l-edizzjoni tas-serje InBrief tispjega l-ħsara li ssir meta tarbija tkun abbandunata fl-aktar snin bikrin tal-ħajja u għaliex interventi effettivi iħallu effetti u fit-tul fit-tagħlim, is-saħħa, u t-trobbija tat-tfal.

 
By InBrief

Serve and Return

‘Serve and return’ hija teknika li tgħin fl-iżvilupp tal-moħħ tat-tarbija.  Din it-teknika issir bejn it-tarbija u adult familjari magħha.  B’mod naturali, it-tarbija tagħmel ħsejjes b’ħalqha, espressjonijiet b’wiċċha u ġesti b’idejha.  L-adult ikompli magħha bl-istess mod. 
 
Miċ-Centru tal-Iżvilupp tat-tfal fl-Universita’ ta’ Harvard.

Id-dokumentazzjoni fis-snin bikrin

Huwa importanti li l-edukaturi tas-snin bikrin jiddokumentaw kif it-tfal qed jitgħallmu.  F’dan il-filmat, tliet edukaturi jispjegaw kif jiddokumentaw u kif jużaw din l-informazzjoni biex jilħqu miri differenti.  Id-dokumentazzjoni tgħin ukoll biex edukatur jassessja kif qed jgħallem, jirrifletti, jgħin lit-tfal fit-tagħlim tagħhom kif ukoll jikkomunika mal-familja.
 
EarlyChildhoodVideos

Kemm jitgħallmu t-trabi!

It-tagħlim fl-ewwel tliet snin huwa importanti ħafna għax f’dan iż-żmien it-tfal jakkwistaw ħiliet li jservu bħala l-pedament għas-suċċess fl-iskola u fil-ħajja.  

Minn ECA Learning Hub

 

Assessjar awtentiku

Assessjar awtentiku jinkludi osservazzji tat-tfal fl-ambjent naturali tagħhom kif ukoll l-għajnuna li l-edukatur jista’ jagħti biex jgħin lit-tfal ikomplu jiżviluppaw. 
 
Minn Puckett Institute

L-osservazzjoni, l-assessjar u d-dokumentazzjoni

Dan il-filmat jindirizza l-osservazzjoni, l-assessjar id-dokumentazzjoni, l-interpretazzjoni, l-ippjanar u l-implimentazzjoni.
 
Minn ECE CompSAT
 
 

Attivitajiet għall-iżvilupp tal-moħħ

Qatt ħsibt xi jkun għaddej minn moħħ it-tarbija?  Dan il-filmat jagħti idea dwar xi jkun għaddej f’moħħ it-tarbija u  jagħti suġġerimenti dwar attivitajiet li jistgħu isiru.  

MinnTaylor Raine

Stadji fl-iżvilupp tat-trabi bejn it-8 u l-10 xhur

Dan il-filmat juri stadji importanti tal-iżvilupp għat-trabi ta’ bejn it-8 u l-10 xhur.  Dawn jinkludu ħiliet kbar fil-muskoli bħal meta t-tarbija żżomm il-bilanċ, tilħaq affarijiet, taħtaf, tilgħab bil-ġugarelli, tirrombla u toqgħod wieqfa. F ’din l-eta’, it-tarbija tkun għadha qed tiżviluppa aktar ħiliet soċjali u tipprepara biex titkellem.

Minn Mountain Star Health

Logħob għal trabi ta' 10 xhur

Dan il-filmat juri xi logħob li tista’ tilgħab meta t-tarbija jkollha madwar 10 xhur bħal peek-a-boo.  Hemm ħafna logħob li tista’ tilgħab mat-tarbija biex tgħin fl-iżvilupp tagħha!

By Millennial Moms

Waqt il-logħob, it-tfal jitgħallmu

Permezz tal-logħob, it-tfal ikollhom l-opportunita’ li jużaw l-immaġinazzjoni tagħhom u jesploraw il-madwar. Iżda, il-logħob jgħin ukoll biex itejjeb il-konċentrazzjoni, l-attenzjoni, il-kreattivita’ u l-iżvilupp konjittiv ġenerali tat-tfal. Il-filmat ta ’hawn fuq joffri eżempji mill-ħajja ta’ kuljum li mhux biss huma divertenti, iżda wkoll jinkoraġġixxu żvilupp b’ saħħtu.

Minn Penfield Children

L-importanza tal-logħob

Il-professor Karen Hutchison titkellem dwar l-importanza tal-logħob għat-tfal.

Mill-Universita’ ta’ Rowan

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.