Fis-Snin Bikrin it-tfal huma fiċ-ċentru tat-tagħlim. Dan ifisser li qed nimxu ‘l bogħod minn kurrikulu maħsub minn qabel. F’dawn is-snin it-tfal huma parteċipanti attivi fil-vjaġġ edukattiv tagħhom u għaldaqstant il-pedagoġija tiffoka fuq il-kurżita’ u x-xewqa tagħhom li jiskopru d-dinja ta’ madwarhom.
Dan is-settur jinkludi tfal mit-twelid sal-eta’ ta’ seba’/tmien snin. Dan ifisser li s-settur tas-Snin Bikrin jiġbor fih iċ-ċentri tal-kura tat-tfal, il-klassijiet tal-kindergarten u l-ewwel sentejn tal-iskola primarja.