early-years.gov.mt

Filmati għall-edukaturi

Sustained Shared Thinking

Dan il-filmat juri eżempju ta’ kif l-għalliema  tgħin lit-tfal jestendu l-ħsieb tagħhom.
 
minn QCCA Queensland Curriculum and Assessment Authority
(Creative Commons Attribution Licence)

Kif tista' testendi l-ħsieb

Dan il-filmat juri eżempji ta’ strateġiji ta’ tagħlim intenzjonali waqt li t-tfal ikunu qed jilagħbu.  Aktar riżorsi jinsabu fuq is-sit elettroniku tal-Queensland Studies Authority fuq www.qsa.qld.edu.au/20413.html

 

 
minn QldStudies Authority

'sustained shared thinking' waqt diskussjoni

Dan il-filmat juri tfal ta’ erba’ snin li fi grupp jeżaminaw u jitkellmu dwar iż-żerriegħa tal-għasafar.
Juri kif, u x’qed jitgħallmu kif ukoll ir-rwol u l-kontribut tal-edukatur fit-tagħlim.
Dan il-filmat jista’ jgħinek tirrifletti fuq il-prattika tiegħek kif ukoll biex ittejjeb il-mod kif tgħallem lit-tfal.
 
minn ECA Learning Hub

Id-dokumentazzjoni fis-snin bikrin

Id-dokumentazzjoni hija importanti biex l-edukaturi jgħinu lit-tfal fit-tagħlim tagħhom.  Dan il-filmat juri tliet għalliema jiddeskrivu kif jiddokumentaw kif ukoll kif jużaw id-dokumentazzjoni biex jgħinu lit-tfal jilħqu l-miri tagħhom.

Meta l-adulti jiddokumentaw,  dan jgħinhom jivvalutaw it-tagħlim, jirriflettu dwar u jaġġustaw il-prattiċi tat-tagħlim tagħhom, jappoġġaw lit-tfal fit-tagħlim tagħhom stess u jikkomunikaw mal-familji.

Minn EarlyChildhoodVideos

Assessjar awtentiku

Assessjar awtentiku isir meta l-edukaturi josservaw it-tfal fl-ambjent naturali tagħhom. Dan isir biex l-edukaturi jaraw kif jistgħu jgħinu lit-tfal fit-tagħlim tagħhom.
 
Minn Puckett Institute

L-osservazzjoni, l-assessjar u d-dokumentazzjoni

Dan il-filmat jindirizza l-osservazzjoni, l-ippjanar, l-assessjar u d-dokumentazzjoni.  
 
Minn ECE CompSAT

L-importanza tal-logħob

Il-Professur Karen Hutchinson titkellem dwar l-importanza tal-logħob fis-snin bikrin.
 
Minn Rowan University

It-tfal jitgħallmu waqt li jkunu qed jilagħbu

Dan il-filmat jesplora l-karatteristiċi tal-logħob u xi kunċetti żbaljati marbutin mal-logħob.
 
Minn OntarioScienceCentre

Kif tista' tinkludi l-logħob fil-klassi

Dan il-filmat jagħti eżempju ta’ kif tista’ tinkludi l-logħob fil-klassi.  

Minn OntarioScienceCentre

Kif tista' tibdel l-ambjent tal-klassi

Dan il-filmat juri kif l-ambjent tal-klassi jista’ jgħin lit-tfal jitgħallmu waqt li jilagħbu u jiskopru kunċetti ġodda.

Minn OntarioScienceCentre

Kif jista' jsir l-assessjar waqt li t-tfal ikunu qed jilagħbu

Dan il-filmat juri kif tista’ tiddokumenta u tassessja lit-tfal waqt li qed jilagħbu, f’dan il-każ, bil-ħamrija. 

Minn OntarioScienceCentre

Il-logħob fi klassi li tagħti ħafna importanza lill-iżvilupp akkademiku

Dan il-filmat juri l-impatt li jħalli fuq it-tfal meta nneħħu l-logħob minn ħajjithom.   It-tfal fil-filmat għandhom 6/7 snin.

Minn KABOOM!

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.